Madrid: 22-29 ta' Ġunju 2026
- George P. Cassar
- 14 minutes ago
- 4 min read
Inżuru: Madrid, Salamanca, Segovia, Zaragoza, Valladolid, Avila, u Toledo
It-Tnejn 22 ta’ Ġunju: Malta – Madrid
Nitilqu minn Malta mat-titjira KM586 li titlaq minn Malta fis-17.40 u twassalna Madrid fid-20.40. Minn hemm nibqghu sejrin fil-lukanda Hotel Regente fi Gran Via, l-iktar triq prominenti u centrali ta’ Madrid, fejn issir is-sistemazzjoni. Flimkien mat-tour leader, niehdu l-ewwel toghma ta’ din il-belt li se tkun qed tospitana.
It-Tlieta 23 ta’ Ġunju: Salamanca
L-ewwel eskursjoni għal din il-ġita teħodna fil-belt ta’ Salamanca, magħrufha ghall-arkitettura, mkejjen storici, u veduti li jpaxxu l-ghajnejn. It-tour leader idawwarna mac-centru storiku u l-attrazzjonijiet principali fosthom Plaza Major, il-kattidral antik iddedikat lil Santa Marija, il-muzew tal-arti Art Deco Casa Lis, il-kattidral iddedikat lill-Assunta, l-universita’, il-palazz Anaya, u l-kappella barokka ddedikata lis-salib imqaddes. Jinghata wkoll hin liberu ghal sightseeing persunali u shopping.
L-Erbgħa 24 ta’ Ġunju: Madrid
Il-gurnata tal-llum hija kompletament iddedikata ghall-belt li qed tospitana matul din il-gita, Madrid. Wara l-kolazzjon, it-tour leader jaghti city tour matul din il-belt irjali, maghrufa ghall-kultura taghha, u arkitettura rinaxximentali, kif ukoll attrazzjonijiet ohrajn li jaghmluha wahda mill-iktar bliet hajja tal-Ewropa. Inzuru whud mill-attrazzjonijiet principali bhall-kattidral Almudena, Calle de la Cava Baja, Plaza Mayor, Puerta del Sol, Gran Via, u Palacio de Cibeles, filwaqt illi wara nofsinhar, inzuru l-muzew ta’ fama mondjali ‘Prado’. Jinghata wkoll hin liberu ghal sightseeing persunali u shopping.
Il-Ħamis 25 ta’ Ġunju: Segovia
L-eskursjoni tal-llum iddawwarna ma whud mill-isbah gojjelli arkitettonici tal-Ewropa fil-belt ta’ Segovia, fejn it-tour leader idawwarna ma l-iktar monumenti prominenti ta’ din il-belt fortifikata bhal ma huma l-bieb principali msemmi ‘San Andreas’, il-katidral ta’ Segovia u l-pjazza tieghu maghrufa bhala Plaza Mayor, Plaza Medina del Campo, fejn imbaghad nghaddu minn Calle Real de Segovia li hi t-triq principali tac-centru tal-belt sabiex naslu fi Plaza del Azoguejo, pjazza principali mdella minn akwedott enormi u uniku li jghaddi minn matulha. Bhas-soltu, jinghata hin liberu ghall-shopping u sightseeing persunali. Filghaxija, naslu f’Madrid kmieni sabiex ikun jista jinghata hin liberu ghal shopping u xi zjajjar ohrajn f’postijiet ta’ nteress.
Il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju: Zaragoza
L-eskursjoni tal-llum tehodna fil-belt ta’ Zaragoza, wahda mill-bliet principali ta’ Spanja, maghrufa ghall-arkitettura taghha, mzewwqa ma xeni celebri tax-xmara Ebro li matulha hi mibnija Zaragoza, kif ukoll kcina unika li joffru r-ristoranti ta’ din il-belt. It-tour leader idawwar lill-gitanti mal-attrazzjonijiet principali bhal ma huma l-bazilika maghrufha bhala ‘Nuestra Senora del Pilar, La Lonja, Puente di Piedra, il-kattidral ta’ Zaragoza, kif ukoll it-triq principali tac-centru tal-belt maghrufha bhala Calle Alfonso. Wara jinghata hin liberu ghall-shopping u sightseeing persunali.
Is-Sibt 27 ta’ Ġunju: Valladolid
L-eskursjoni tal-llum teħodna fil-belt eleganti ta’ Valladolid, magħrufa għall-pjazez spazjużi tagħha, bini storiku u atmosfera kulturali vibranti fil-qalba ta’ Spanja. Nibdew minn Plaza de Zorrilla, pjazza ċentrali mimlija monumenti, li sservi bħala punt ta’ tluq ideali biex wieħed jidħol fiċ-ċentru storiku tal-belt. Minn hemm nimxu lejn il-Plaza Mayor, il-pjazza prinċipali mdawra b’arkati u bini mill-isbah. Il-mixja tkompli lejn il-Kattidral ta’ Valladolid, bini maestuż bi stil Rinaxximentali li juri l-importanza tal-belt matul is-sekli. Wara, naslu fil-Plaza de la Rinconada, pjazza storika li darba kienet ċentru ta’ kummerċ, illum spazju kwiet u sabiħ b’karattru tradizzjonali. L-aħħar parti tal-eskursjoni teħodna lejn Campo Grande, il-gnien prinċipali tal-belt. Bhas-soltu, jinghata hin liberu ghall-shopping u sightseeing personali.
Il-Ħadd 28 ta’ Ġunju: Avila
L-eskursjoni tal-llum teħodna fil-belt storika ta’ Ávila, waħda mill-ibliet medjevali l-aktar impressjonanti fi Spanja, magħrufa għall-ħitan li jdawru ċ-ċentru antik tagħha kif ukoll għall-wirt reliġjuż u arkitettoniku rikk tagħha. It-tour leader idawwar lill-grupp fost l-attrazzjonijiet prinċipali tal-belt, billi nibdew minn Puerta de Alcázar, wahda mid-daħliet monumentali tal-belt, li jagħtina introduzzjoni perfetta għall-karattru medjevali ta’ Ávila. Minn hemm nimxu lejn il-Kattidral ta’ Ávila, struttura imponenti bi stil gotiku.
Il-mixja tkompli lejn Plaza del Mercado Chico, il-pjazza ċentrali mimlija ħajja, kafetteriji u bini storiku, fejn wieħed jista’ japprezza l-atmosfera tradizzjonali Spanjola. Wara, inkomplu lejn it-Torreón de los Guzmanes, bl-ahhar waqfa tkun fil-Knisja u l-post tat-twelid ta’ Santa Tereża. Jinghata hin liberu ghall-shopping u sightseeing personali.
Filgħaxija, ghal min jixtieq, f’Madrid, ikollna c-cans nassistu ghal spettaklu tradizzjonali ta’ zfin Flamenco f’wiehed mit-teatri tefa’ ta’ gebla l-boghod mill-lukanda (prezz mhux inkluz).
It-Tnejn 29 ta’ Ġunju: Toledo - Malta
Warta, nibqgħu sejrin lejn l-ajruport ta’ Madrid, fejn naqbdu t-titjira tal-Airmalta KM587 li titlaq fid-21.20 u twassalna lura pajjizna fil-00.15.
Gitanti Ghawdxin ikollhom trasport privat (hlas extra) li jwassalhom direttament wara l-bieb ta’ darhom.
Prezzijiet:
Persuna f’kamra ta’ tlieta: €940.00
Persuna f’kamra ta’ tnejn: €999.00
Persuna f’kamra singola: €1532.00
Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 25 persuna li jhallsu depozitu ta’ €300
Eskursjonijiet ta’ ġurnata:
Salamanca: €50.00
Segovia: €45.00
Zaragoza: €55.00
Valladolid: €50.00
Avila: €45.00
Toledo: €45.00
Il-prezz jinkludi:
It-titjiriet KM Malta Airlines Malta-Madrid-Malta
Bagalja 20kg u hand luggage ghal kull persuna
It-taxxi u service charges tal-ajruporti
It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda
Is-City Tours f'Madrid
Akkomodazzjoni fil-lukanda Hotel Regente fi Gran Via, ic-centru propju ta’ Madrid
Breakfast kull filghodu
Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha
It-taxxi tas-soggjorn f'Madrid
L-insolvency fund tal-MTA
Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar
Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €300 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.
Iktar taghrif jinkiseb fuq 79059704
Email: info@pmctours.com
Website: www.pmctours.com




































































Comments