Weekend Break fi Sqallija: 5-8 ta' Settembru 2026
- 2 days ago
- 3 min read
Inzuru: Catania, Savoca, Taormina, Noto, Siracusa Ortigia, Etna, Sicilia Outlet Village, u Centro Sicilia (Primark)
(4 Ijiem / 3 Iljieli. Jinkludi vaganza pubblika)
Titjiriet KM Malta Airlines:
05 ta' Settembru 2026
KM640 – Malta 06:00, Catania 06:45
08 ta' Settembru 2026
KM3643 – Catania 22:45, Malta 23:30
Lukanda: Katane' Palace Hotel 4*, fic-centru ta’ Catania
Programm dettalljat:
Is-Sibt 5 ta' Settembru – Savoca, Taormina u Catania
Niltaqgħu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ghac-check-in. Mal-wasla f’Catania, permezz tal-coach privat tagħna, naghmlu waqfa qasira ghal kolazzjon (mhux inkluz) u nibdew il-vjaġġ lejn Savoca, wieħed mill-irħula medjevali l-aktar pittoreski fi Sqallija. Dan ir-raħal sar magħruf madwar id-dinja wara li ntuża bħala wieħed mill-postijiet ewlenin fil-film klassiku The Godfather. Matul iż-żjara naraw il-famuż Bar Vitelli, fejn inġibdu wħud mill-aktar xeni memorabbli tal-film, il-Knisja ta' San Nicolò u nimxu fit-toroq dojoq u kwieti li għadhom iżommu l-atmosfera awtentika tagħhom.Ikun hemm ħin liberu.
Wara, nitilqu lejn Taormina, magħrufa bħala l-"Perla ta' Sqallija". Din il-belt eleganti ilha tattira artisti, kittieba u vjaġġaturi għal sekli sħaħ. Inżuru t-Teatru Grieg, wieħed mill-aktar monumenti impressjonanti fi Sqallija, minn fejn wieħed jista' jgawdi veduta spettakolari tal-Etna u tal-Baħar Jonju. Inkomplu b'mixja tul Corso Umberto, inżuru Piazza IX Aprile, il-ġonna pubbliċi u ngawdu l-atmosfera vibranti taċ-ċentru storiku.
Wara, nitilqu lejn Katane' Palace Hotel 4*, fiċ-ċentru ta' Catania. It-tour leader jaghti l-ewwel toghma tal-belt li se tkun qed tospitana.
Il-Ħadd 6 ta' Settembru – Noto u Siracusa Ortigia
Wara l-kolazzjon nitilqu lejn Noto, meqjusa bħala l-kapitali tal-Barokk Sqalli u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Inzuru l-Katidral ta' San Nicolò, il-Palazzo Ducezio, it-teatru tal-opra, u nimxu tul Corso Vittorio Emanuele, imżejjen b'palazzi, knejjes u gallariji eleganti maħduma fil-ġebla lewn id-deheb. Jinghata hin liberu.
Wara, inkomplu lejn Ortigia, il-qalba storika ta' Siracusa, mibnija fuq gżira żgħira marbuta mal-art permezz ta' pont. Matul il-mixja tagħna nżuru Piazza Duomo, meqjusa bħala waħda mill-isbaħ pjazez fl-Italja, il-Katidral mibni fuq tempju Grieg antik, il-Funtana ta' Aretusa, it-Tempju ta' Apollo u l-promenade sabiħa li tagħti fuq il-baħar.
Filgħaxija nirritornaw lejn il-lukanda tagħna f'Catania.
It-Tnejn 7 ta' Settembru – Catania u l-Etna
Wara l-kolazzjon nagħmlu żjara fil-qalba storika ta' Catania. Il-belt hija wkoll Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u hija magħrufa għall-arkitettura Barokka impressjonanti tagħha.
Matul iż-żjara naraw Piazza del Duomo, il-Katidral ta' Sant'Agata, il-famuża Fontana dell'Elefante, is-suq tradizzjonali tal-ħut, Via Etnea, Villa Bellini, Piazza Stesicoro, u Piazza Università. Inzuru wkoll il-famuz monti uniku li toffri din il-belt. Ikun hemm ukoll ħin liberu għall-ikel, shopping, u sightseeing personali.
Wara nofsinhar nitilqu lejn il-vulkan Etna, l-ogħla vulkan attiv fl-Ewropa u wieħed mill-aktar attivi fid-dinja. Nitilgħu sal-Rifugio Sapienza, f'altitudni ta' madwar 1,900 metru, fejn naraw il-Crateri Silvestri u l-pajsaġġ vulkaniku uniku ffurmat minn eruzzjonijiet li seħħew matul is-sekli.
Filgħaxija nirritornaw lejn il-lukanda tagħna f'Catania.
It-Tlieta 8 ta' Settembru – Sicilia Outlet Village, Centro Sicilia, u Ritorn lejn Malta
Wara l-kolazzjon nagħmlu ċ-check-out mil-lukanda u nitilqu lejn Sicilia Outlet Village, wieħed mill-akbar outlet villages fi Sqallija. Hawnhekk insibu għadd kbir ta' boutiques u ħwienet ta' marki internazzjonali, b'offerti u prezzijiet vantaġġużi matul is-sena kollha. Ikollna ħin liberu biex nagħmlu x-xiri u ngawdu l-faċilitajiet tal-kumpless.
Wara nofsinhar inkomplu lejn Centro Sicilia, wieħed mill-akbar ċentri kummerċjali fil-gżira, fejn fost l-ohrajn wiehed isib il-Primark, fejn ikollna aktar ħin liberu għal-iktar shopping.
Filgħaxija nitilqu lejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Catania ghat-titjira KM3643, li titlaq fis-22:45 u tasal Malta fil-23:30. Gitanti Ghawdxin ikollhom trasport li jwassalhom minn u lejn darhom (prezz extra).
Il-Prezz Jinkludi:
• lz-zewg vjaġġi KM Malta Airlines
• L-eskursjonijiet imsemmija kollha
• lt-taxxi u s-service charges kollha
• L-lnsolvency fund
• Akkomodazzjoni fuq bazi Bed & Breakfast f'Hotel 4 Star fic-centru ta' Catania
• Kmamar attrezzati bil-kumditajiet kollha
• Breakfast Buffet abbundanti kull filghodu kif indikat fil-programm
• ls-servizz tat-Tour Leader George Cassar
PREZZIJIET:
Persuna f'kamra ta' 3: €460
Persuna f'kamra ta' 2: €499
Persuna f'kamra singola: €599
Skont ta’ €35.00 għal tfal taħt it-13 -il sena
Dawn il-prezzijiet huma validi għall-ewwel 15 persuna li tħallas id-depozitu ta’ €150.00.
Bookings:
Bookings jistghu jsiru bi hlas ta' depozitu ta'€150 fi flus kontanti, cheque indirizzat lil PMC Tours, Bank Transfer, Card, jew Revolut.
lktar taġhrif jinkiseb billi ċċemplu fuq 7905 9704



















































Comments