top of page

Weekend Break fi Sqallija: 24-26 t’April 2026

  • 6 hours ago
  • 2 min read

Inżuru: Catania, Noto, Marzamemi, Ragusa Ibla, Centro Sicilia (Primark)

u Sicilia Outlet Village.

 

Programm Dettalljat:

 

Il-Ġimgħa 24 t’April: Noto – Marzamemi – Catania

Nitilqu mill-port ilkbir ta’ Malta mal-vjaġġ tal-Virtu Ferries bil-vapur Jean de la Vallette, wieħed mill-iktar vapuri tax-xorta tiegħu b’saħħithom u komdi fl-Ewropa, fis-0730am, fejn naslu Pozzallo fid-0915. Minn hemm, coach privat iwassalna f’waħda mill-cafetteriji tal-madwar sabiex ngħamlu pawsa qasira għal Kafe’.

 

Wara, nibqgħu sejrin direttament lejn il-belt barokka ta’ Noto, fejn flimkien mat-tour leader nibdew id-dawra tagħna minn Porta Reale, il-Kattidral u l-pjazza mponenti tiegħu, Palazzo Ducezio, fost l-oħrajn. Jingħata ħin liberu għal sightseeing personali, shopping, jew biex wieħed jitrejjaq f’wieħed mid-diversi ristoranti tal-madwar.

 

Wara, immorru lejn l-aħħar tappa tagħna tal-ġurnata, Marzamemi, raħal ferm pittoresk mal-kosta Siċiljana, fejn inkunu nistgħu naraw il-binja storika li kienu juzaw it-tunnara tal-lokal u li llum hija sit ta’ diversi avvenimenti, il-knisja tas-seklu 18 iddedikata lil San Franġisk di Paola, kif ukoll ikollna ħin liberu sabiex induru l-port storiku magħruf ferm ghax-xeni meraviljużi li joffri.

 

Wara, nibqgħu sejrin lejn Catania, fejn ningħataw il-kmamar fil-Hotel Katane’ Palace 4* fiċ-ċentru. Flimkien mat-tour leader ningħataw l-ewwel togħma taċ-ċentru ta’ din il-belt li se tkun qed tospitana, u jkollna anke ċans għaċ-ċena (mhix inkluża) f’wieħed mill-ħafna ristoranti ta’ Catania.

 

Is-Sibt 25 t’April: Catania – Centro Sicilia

Wara li nieħdu l-breakfast buffet fil-lukanda, flimkien mat-tour leader immorru għal dawra komprensiva maċ-ċentru ta’ Catania, li tkopri Corso Umberto, Via Etnea, it-Teatru tal-opra Bellini, is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Piazza Stesicoro, Sant’ Agata alla Fornace, u l-monument ta’ Bellini, Piazza dell-Universita’, Villa Bellini, Piazza Elefante, u d-Duomo ta’ Sant’ Agata. Jingħata ħin liberu sabiex wieħed ikollu anke ċans iżur il-famuż monti ta’ Catania.

 

Wara nofsinhar, permezz ta’ coach privat, immorru f’Centro Sicilia, stabbiliment magħruf sew għall-għażla wiesa ta’ ħwienet li joffri, fosthom Primark.

 

Filgħaxija, nirritornaw Catania fejn ikollna ħin liberu għaċ-ċena (mhix inkluża) u sightseeing personali.

 

Il-Ħadd 26 t’April: Sicilia Outlet Village – Ragusa Ibla – Malta

L-aħħar ġurnata tagħna fi Sqallija nibdewha f’Sicilia Outlet Village, stabbiliment mogħni b’diversi hwienet ta’ ditti rinomati li lkoll joffru skontijiet fenomenali fuq il-prezzijiet normali tagħhom.

 

Wara, nibqgħu sejrin lejn Ragusa Ibla, fejn inzuru l-attrazzjonijiet principali fosthom id-duomo ta’ San gorg, Palazzo Arezzo di Trifaletti, u l-Giardini Iblei.

 

Wara, nibqgħu sejrin lejn Pozzallo sabiex naqbdu l-vjaġġ lejn Malta permezz tal-vapur Jean de la Vallette li jitlaq fit-20.30 u jwassalna Malta fl-22.15. Ġitanti Għawdxin ikollhom trasport li jwassalhom wara l-bieb ta’ darhom (ħlas extra).

Il-Prezz Jinkludi:

• lz-zewg vjaġġi tal-Virtu Ferries

• L-eskursjonijiet imsemmija kollha

• lt-taxxi u s-service charges kollha

• L-lnsolvency fund

• Akkomodazzjoni fuq bazi Bed & Breakfast f'Hotel 4 Star fic-centru ta' Catania

• Kmamar attrezzati bil-kumditajiet kollha

• Breakfast Buffet abbundanti kull filghodu kif indikat fil-programm

• ls-servizz tat-Tour Leader George Cassar

PREZZIJIET:

Persuna f'kamra ta' 3: €345.00

Persuna f'kamra ta' 2: €379.00

Persuna f'kamra singola: €449.00


Skont ta’ €35.00 għal tfal taħt it-13 -il sena

 

Dawn il-prezzijiet huma validi għall-ewwel 25 persuna li tħallas id-depozitu ta’ €150.00.

Bookings:

Bookings jistghu jsiru bi hlas ta' depozitu ta'€150 fi flus kontanti, cheque indirizzat lil PMC Tours, Bank Transfer, Card, jew Revolut.

 

lktar taġhrif jinkiseb billi ċċemplu fuq 7905 9704

 

 

 
 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
  • Grey Facebook Icon
bottom of page