L-Olanda: 24-30 t'Awwissu 2026
- 42 minutes ago
- 5 min read
Inzuru: Amsterdam, Zaanse Schans, Utrech, Haarlem, Volendam, Goude, Delft,
The Hague, u Rotterdam
It-Tnejn 24 t’ Awwissu: Malta – Amsterdam – Zaanse Schans
Niltaqghu fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta fil-05.25am biex naqbdu t-titjira KM Malta Airlines li litlaq minn malta fis-7.25 u twassalna fl-Ajruport ta’ Amsterdam fil-10.50am. Minn hemm, coach privat iwassalna ghall-ewwel eskursjoni taghna fil-villagg storiku ta’ Zaanse Schans, magħruf għall-imtieħen tradizzjonali tiegħu, id-djar tal-injam miżbugħin bl-aħdar, u l-veduti pittoreski tul ix-Xmara Zaan. It-tour leader idawwarna mat-triq prinċipali tal-villaġġ fejn nistgħu ngawdu l-veduta tal-imtieħen famużi fosthom De Kat, De Zoeker u Het Jonge Schaap, li għadhom juru kif kienet taħdem l-industrija Olandiża tas-sekli li għaddew.
Inżuru wkoll razzett tradizzjonali fejn jigi mmanifatturat il-ġobon, kif ukoll workshop taz-zraben tal-injam maghrufa bhala ‘clogs’ li jinħadmu b’mod artiġjanali. Ngħaddu minn toroq storici mimlijin djar pittoreski u ġonna tradizzjonali li jżidu mal-atmosfera awtentika tal-post. Jingħata wkoll ħin liberu għal sightseeing personali, shopping, jew biex wieħed igawdi l-ambjent kalm u l-veduti sbieħ li joffri dan il-villaġġ.
Wara, nibqghu sejrin lejn il-lukanda taghna Best Western City Hotel fic-centru ta’ Woerden li se tkun qed tospitana matul dan il-vjagg, fejn issir is-sistemazzjoni fil-kmamar, u flimkien mat-tour leader niehdu l-ewwel toghma ta’ din il-belt.
It-Tlieta 25 t’Awwissu: Amsterdam
L-eskursjoni tal-llum tehodna fil-kapitali tal-Olanda, Amsterdam, belt magħrufa għall-kanali eleganti tagħha, l-istorja rikka u l-atmosfera kosmopolitana. Naslu f’Amsterdam permezz ta’ vjagg ta’ madwar 20 minuta permezz tal-ferrovija. Flimkien ma gwida tal-lokal, induru maċ-ċentru fejn nibdew minn waħda mill-aktar djar storiċi importanti, il-Anne Frank House. Ftit passi ’l bogħod insibu l-Westerkerk, knisja Protestanta ikonika bit-torri għoli tagħha li jiddomina l-veduta tal-madwar. Minn hemm nimxu tul il-kanali pittoreski tal-Prinsengracht u l-Keizersgracht, mdawrin b’djar dojoq tradizzjonali u pontijiet eleganti li jagħmlu lil Amsterdam waħda mill-isbaħ bliet fl-Ewropa. Inkomplu lejn il-kwartier kwiet tal-Begijnhof, bit-tarzna u d-djar storiċi li joħolqu atmosfera ta’ serenità f’nofs il-belt. Wara, naslu fil-pjazza ċentrali tal-Dam Square, il-qalba vivaċi tal-belt, mdawra b’binjiet storiċi u ħwienet. Ngħaddu wkoll miż-żona magħrufa bħala r-Red Light District. Jingħata ħin liberu sabiex min jixtieq ikun jista’ jidħol u jesplora din iż-żona waħdu. It-tour jintemm fiż-żona eleganti tal-Museumplein, fejn insibu l-mużew prestiġjuż Rijksmuseum, simbolu tal-arti u l-wirt kulturali Olandiż, fejn flimkien nidhly ngawdu l-arti tant prestigjuza li joffri dan il-muzew.
Jingħata wkoll ħin liberu għal sightseeing personali u shopping.
L-Erbgħa 26 t’Awwissu: Utrecht – Haarlem
Il-ġgurnata tal-llum toffrilna zewg bliet mill-iktar interessanti fl-olanda. Nibdew mill-belt ta’ Utrecht, fejn flimkien mat-tour leader ingawdu l-attrazzjonijiet principali tac-centru tal-belt fosthom il-pjazza prinċipali, il-Grote Markt, fejn inżuru l-knisja gotika St. Bavo, magħrufa għall-orgni storiku tagħha u l-arkitettura unika li toffri lill-viżitatur. Inżuru wkoll il-binja storika tal-Stadhuis Haarlem, inkomplu mexjin lejn Teylers Museum, l-eqdem mużew fl-Olanda, u ngħaddu minn Gravestenenbrug Bridge li jtina veduta mill-aqwa tal-kanali mdawwra bi djar dojoq tradizzjonali, pontijiet żgħar u ħwienet uniċi.
Matul il-mixja ngħaddu wkoll minn De Hallen Haarlem, spazju kulturali importanti, kif ukoll minn toroq kummerċjali bħal Grote Houtstraat, ideali għax-shopping u kafetteriji. Jingħata wkoll ħin liberu għal sightseeing personali, shopping, jew kwalunkwe rilassament iehor.
Nibqgħu sejrin lejn Utrecht. Hawnhekk nammiraw id-Dom Tower of Utrecht, l-ogħla kampnar fl-Olanda, kif ukoll St Martin's Cathedral, magħrufa bħala d-Domkerk. Inkomplu mexjin lejn il-kanal famuż tal-Oudegracht, magħruf għall-imħażen storici tiegħu li llum inbidlu f’kafetteriji u ristoranti. Ngħaddu wkoll minn toroq kummerċjali vibranti bħal Steenweg u Oudkerkhof, mimlijin ħwienet, boutiques u postijiet ideali għal kafè jew snack qasir. Bhal dejjem, jingħata ħin liberu.
Il-Ħamis 27 t’Awwissu: Volendam – Goude
Il-ġurnata tal-llum ukoll toffrielna żewġt ibliet oħra mill-isbaħ. Nibdew minn Volendam, fejn it-tour leader idawwarna mal-promenade famuża tal-port ta’ Volendam bic-cans li naraw il-bastimenti tradizzjonali ankrati. Tul il-moll insibu ħwienet żgħar, ristoranti u postijiet fejn jinbiegħ il-ħut frisk, speċjalment l-aringa Olandiża.
Inkomplu mexjin fit-toroq dojoq u kwieti wara l-port, mimlijin djar tradizzjonali u twieqi dekorati, li jagħtu karattru uniku lir-raħal. Ngħaddu wkoll minn ħwienet fejn wieħed jista’ jara l-kostum tradizzjonali ta’ Volendam u jieħu ritratti memorabbli. Matul il-mixja nieħdu pawża qasira ħdejn il-baħar biex ngawdu l-veduta miftuħa tal-lag u nieħdu ritratti tal-pajsaġġ naturali. Jinghata hin liberu.
Wara, nibqghu sejrin lejn Goude, magħrufa mad-dinja kollha għall-produzzjoni tal-ġobon tagħha, kif ukoll għall-arkitettura eleganti u l-kanali pittoreski li jdawru ċ-ċentru tagħha. It-tour leader idawwarna fil-qalba storika fejn nibdew mill-pjazza prinċipali, il-Markt, fejn nammiraw il-binja gotika Gouda City Hall. Inzuru wkoll il-knisja monumentali St. John's Church, magħrufa għall-istained glass, meqjus fost l-isbaħ fl-Ewropa.
Inkomplu mexjin tul il-kanali li jdawru ċ-ċentru, bi djar tradizzjonali u pontijiet żgħar li joħolqu atmosfera ferm romantika. Ngħaddu minn toroq kummerċjali mimlijin ħwienet lokali fejn jinbiegħu prodotti tipiċi fosthom il-ġobon Gouda, ħelu tradizzjonali u souvenirs artiġjanali. Bħal dejjem, jingħata ħin liberu.
Il-Ġimgħa 28 t’Awwissu: Delft – The Hague
Il-ġurnata tal-llum nibdewha fil-belt eleganti ta’ Delft, magħrufa għall-porċellana blu u bajda tagħha. It-tour leader idawwarna maċ-ċentru storiku fejn nibdew mill-pjazza prinċipali, il-Markt, fejn nammiraw in-Nieuwe Kerk knisja rjali Olandiża, kif ukoll il-kampnar imponenti tagħha li jiddomina l-veduta tal-belt. Naraw ukoll id-Delft City Hall, inkomplu mexjin lejn il-Oude Kerk, marbuta mal-istorja tal-artist famuż Johannes Vermeer. Jingħata ħin liberu.
Wara, nibqghu sejrin lejn il-belt prestiġġjuza ta’ The Hague, magħrufa bħala s-sede tal-gvern Olandiż u ċentru internazzjonali tal-ġustizzja. It-tour leader idawwarna maċ-ċentru storiku fejn nibdew mil-parlament Olandiż, kumpless medjevali, mibni madwar l-għadira Hofvijver. Nammiraw ukoll ir-Ridderzaal, sala storika użata għal ċerimonji uffiċjali. Inkomplu mexjin lejn il-pjazza eleganti Plein, mimlija kafetteriji u ristoranti, fejn nħossu l-atmosfera politika u kulturali tal-belt. Ngħaddu wkoll minn toroq kummerċjali vibranti bħall-Spuistraat u l-Passage, ideali għal xiri u mixja rilassanti. Matul il-mixja nagħmlu waqfa quddiem in-Noordeinde Palace, wieħed mir-residenzi uffiċjali tal-familja rjali Olandiża. Jingħata wkoll ħin liberu għal sightseeing personali, shopping, jew kwalunkwe rilassament iehor.
Is-Sibt 29 t’Awwissu: Rotterdam
L-aħħar eskursjoni għal din il-ġita teħodna fil-belt moderna u dinamika ta’ Rotterdam, magħrufa għall-arkitettura kontemporanja tagħha, il-port, wieħed mill-akbar fl-Ewropa u l-atmosfera kosmopolitana. B’differenza minn bliet Olandiżi oħra, Rotterdam toffri dehra innovattiva u futuristika li tagħmilha unika.
Gwida lokali jdawwarna maċ-ċentru tal-belt fejn nibdew mill-Markthal, binja arkitettonika impressjonanti b’saqaf mgħotti b’arti kulurita u suq gastronomiku vibranti fuq ġewwa. Minn hemm ngħaddu lejn il-famużi Cube Houses, disinn arkitettoniku innovattiv li sar simbolu tal-belt. Inkomplu mexjin lejn il-Oude Haven, il-port l-antik tal-belt, kif ukoll it-toroq kummerċjali vibranti bħal Lijnbaan, waħda mill-ewwel toroq pedonali tax-xiri fl-Ewropa.
Matul il-mixja nagħmlu waqfa għal ritratti tal-Erasmus Bridge, magħruf bħala “The Swan” minħabba d-disinn eleganti tiegħu, li jgħaqqad iż-żewġ naħat tal-belt fuq ix-xmara Maas.
Wara nofsinhar, naslu f’Woerden f’hin tajjeb sabiex ingawdu l-aħħar mumenti f’din il-belt li qed tospitana.
Il-Ħadd 30 t’Awwissu: Amsterdam – Malta
Wara l-breakfast, ngħabbu l-bagalji fil-coach privat taghna u naqbdu t-triq lejn l-ajruport t’Amsterdam, fejn it-titjira KM395 li titlaq f’11.50am twassalna lura lejn pajjiżna fit-14.55. Ġitanti Għawdxin ikollhom trasport privat li jwassalhom lura lejn darhom (prezz mhux inkluż).
Prezzijiet:
Persuna f’kamra ta’ tlieta €799.00
Persuna f’kamra ta’ tnejn €863.00
Persuna f’kamra singola €1199.00
Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 25 persuna li jhallsu depozitu ta’ €300
Il-prezz jinkludi:
It-titjiriet KM Malta Airlines Malta-Amsterdam-Malta
It-taxxi u service charges tal-ajruporti
It-transfers mill-lukanda ta’ Vienna għall-ajruport
Is-City Tours permezz ta’ gwida lokali f’Amsterdam u Rotterdam
Akkomodazzjoni fil-lukanda Best Western City Hotel f’Woerden
Breakfast buffet kull filghodu
Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha
It-taxxi tas-soggjorn
L-Insolvency Fund
Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar
Eskursjonijiet ta’ Ġurnata:
Zaanse Schans: €35.00
Amsterdam: €55.00 (entratura ta’ €25 fir-Rijksmuseum mhix inkluza)
Utrech u Haarlem: €55.00
Volendam u Goude: €55.00
Delft u The Hague: €55.00
Rotterdam: €70.00
Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €300 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.
Iktar taghrif jinkiseb fuq +356 79059704
Email: info@pmctours.com
Website: www.pmctours.com







Comments