Munich Christmas Markets: 16–21 ta’ Diċembru 2026
- 2 hours ago
- 4 min read
Munich – Freising – Salzburg – Nuremberg – Regensburg – Erding
L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru – Malta – Munich – Freising
Il-ġitanti jiltaqgħu mat-tour leader fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta ghac-check-in. It-titjira tal-KM Malta Airlines KM306 twassalna fl-ajruport ta’ Munich fid-9.45am. Malli naslu, coach privat iwassalna għall-ewwel eskursjoni tagħna f’Freising, waħda mill-eqdem bliet tal-Bavarja, li għal sekli sħaħ kienet ċentru importanti.
Flimkien mat-tour leader, inżuru ċ-ċentru storiku tal-belt fosthom Marienplatz, il-pjazza prinċipali mdawra b’binjiet storiċi, kif ukoll il-St Georgskirche, magħrufa għall-arkitettura barokka tagħha. Inkomplu lejn Domberg, jew Cathedral Hill, fejn jinsabu l-imponenti Freising Cathedral, bil-katidral tagħha u l-intern Barokk mill-isbaħ maħdum mill-aħwa Asam, kif ukoll il-bini storiku tar-residenza tal-Prinċep-Isqfijiet.
Wara, jingħata ħin liberu sabiex wieħed ikun jista’ jgawdi ċ-ċentru storiku, jagħmel shopping u jgawdi l-atmosfera festiva ta’ Freising.
Aktar tard, coach privat iwassalna lejn il-Hotel Wallis, fiċ-ċentru ta’ Munich, fejn jitqassmu l-kmamar. Inkunu mbagħad f’ħin tajjeb sabiex wieħed ikun jista’ jistrieħ jew joħroġ għal ikla ta’ filgħaxija u flimkien mat-tour leader jibda jgawdi l-belt li se tkun qed tospitana matul dawn il-ġranet.
Il-Ħamis 17 ta’ Diċembru – Salzburg
Wara l-breakfast, illum inħallu Munich għal ġurnata ddedikata lil waħda mill-isbaħ bliet tal-Awstrija, Salzburg. Coach privat iwassalna lejn din il-belt pittoreska, magħrufa għall-wirt storiku, arkitettoniku u mużikali tagħha, kif ukoll għall-ambjent spettakolari tagħha mdawwar bl-Alpi.
Flimkien mat-tour leader, nagħtu ħarsa lejn il-Mirabell Palace and Gardens, il-famuża Getreidegasse, it-triq storika magħrufa għall-binjiet eleganti u l-ħwienet tagħha, kif ukoll Mozartplatz u Residenzplatz. Inkomplu lejn is-Salzburg Cathedral, wieħed mill-aktar landmarks importanti tal-belt, u St Peter’s Abbey, wieħed mill-eqdem kumplessi monastiċi fid-dinja li għadu jiffunzjona.
Mill-inħawi taċ-ċentru nkunu nistgħu ngawdu wkoll veduti tal-Hohensalzburg Fortress, il-fortizza maestuża li tiddomina l-belt minn fuq l-għolja tagħha. F’dan iż-żmien tas-sena, Salzburg tkun ukoll imżejna għall-Milied u toffri atmosfera partikolarment sabiħa bil-Christmas Markets tagħha.
Wara ż-żjara organizzata, jingħata ħin liberu sabiex wieħed ikun jista’ jkompli jiskopri Salzburg, jagħmel shopping u jgawdi l-atmosfera festiva tal-belt. Aktar tard, nirritornaw lejn Munich f’ħin opportun sabiex wieħed ikun jista’ jkompli jgawdi l-lejla liberament.
Il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru – Munich
Il-ġurnata tal-lum hija ddedikata għal Munich, il-belt li se tkun qed tospitana. Wara l-breakfast, nagħmlu City Tour sabiex insiru nafu aħjar il-belt u l-aktar postijiet ta’ interess tagħha.
Nibdew minn Marienplatz, il-qalba taċ-ċentru storiku ta’ Munich, fejn tinsab il-maestuża Neues Rathaus, magħrufa għall-Glockenspiel tagħha. Inkomplu lejn il-Frauenkirche, bil-famużi twin towers tagħha li jiddominaw is-skyline taċ-ċentru tal-belt, u l-Alter Peter, l-eqdem knisja parrokkjali ta’ Munich.
Inkomplu lejn Viktualienmarkt, wieħed mill-aktar postijiet magħrufa għall-prodotti lokali u l-atmosfera tiegħu, u lejn Odeonsplatz, fejn insibu fost l-oħrajn il-Feldherrnhalle u l-Theatinerkirche.
Żjara partikolari tkun dik lejn l-Asamkirche, magħrufa uffiċjalment bħala St.-Johann-Nepomuk-Kirche, fuq Sendlinger Strasse. Din il-knisja żgħira iżda straordinarjament elaborata, hija meqjusa bħala kapulavur tal-arkitettura tard-Barokka u Rococo u hija waħda mill-aktar postijiet spettakolari tal-belt.
Nkomplu lejn il-Residenz, l-eks palazz tal-mexxejja tal-Bavarja, kif ukoll l-inħawi tal-Hofgarten u Maximilianstrasse. Wara, jingħata ħin liberu sabiex wieħed ikun jista’ jkompli jgawdi Munich, jagħmel shopping u jżur il-Christmas Markets tal-belt.
Is-Sibt 19 ta’ Diċembru – Nuremberg
Wara l-breakfast, coach privat iwassalna lejn Nuremberg, waħda mill-aktar bliet storiċi u interessanti tal-Bavarja u belt partikolarment magħrufa għall-Christmas Market tradizzjonali tagħha.
Flimkien mat-tour leader, inżuru l-Imperial Castle, li jiddomina l-belt storika, u nkomplu permezz tat-toroq pittoreski taċ-ċentru medjevali. Inżuru Hauptmarkt, il-pjazza ewlenija tal-belt fejn issir il-famuża Nuremberg Christkindlesmarkt, kif ukoll il-Frauenkirche, waħda mit-tliet knejjes storiċi ewlenin tal-belt u magħrufa għall-famuż arloġġ mekkaniku Männleinlaufen.
Inkomplu lejn St Lorenzkirche, waħda mill-aktar knejjes importanti ta’ Nuremberg, u ngħaddu minn Schöner Brunnen, il-funtana Gotika magħrufa li tinsab fil-Hauptmarkt. Nagħtu wkoll ħarsa lejn Weißgerbergasse, waħda mill-aktar toroq pittoreski taċ-ċentru storiku, bil-binjiet tradizzjonali tagħha.
Wara ż-żjara, jingħata ħin liberu sabiex wieħed ikun jista’ jgawdi l-Christmas Market, jagħmel shopping u jesplora ċ-ċentru storiku b’mod personali. Aktar tard, nirritornaw lejn Munich.
Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru – Regensburg
Wara l-breakfast, illum nitilqu minn Munich għal eskursjoni oħra fil-Bavarja u nżuru l-belt storika ta’ Regensburg, waħda mill-aktar bliet medjevali ppreservati fil-Ġermanja u belt li ċ-ċentru storiku tagħha huwa ddikjarat Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.
Flimkien mat-tour leader, nibdew miċ-ċentru storiku fejn fost l-ohrajn inzuru St Peter’s Cathedral, wieħed mill-aktar eżempji importanti tal-arkitettura Gotika fil-Bavarja, magħruf ukoll ghall-istained glass medjevali tieghu.
Inkomplu lejn il-famuż Stone Bridge, wieħed mill-aktar landmarks magħrufa ta’ Regensburg u kapulavur tal-arkitettura medjevali. Il-pont, mibni fis-seklu tnax, huwa meqjus bħala l-eqdem pont tal-ġebel ippreservat fil-Ġermanja.
Nagħtu wkoll ħarsa lejn l-Old Town Hall, Haidplatz, waħda mill-eqdem u l-isbaħ pjazez tal-belt, u t-toroq dojoq u pittoreski taċ-ċentru storiku. Jingħata ħin liberu sabiex wieħed ikun jista’ jgawdi Regensburg, jagħmel shopping u jżur il-Christmas Markets tagħha.
Wara, nirritornaw lejn Munich sabiex ingawdu l-aħħar lejla tagħna fil-belt.
It-Tnejn 21 ta’ Diċembru – Erding – Malta
Wara l-breakfast, coach privat iwassalna lejn Erding, belt pittoreska, fejn ikollna l-opportunità nesploraw iċ-ċentru storiku tal-belt, inkluż Schrannenplatz, il-pjazza ċentrali, il-Stadtpark, il-Rathaus u l-knisja St Johann Baptist, waħda mill-knejjes storiċi ewlenin tal-belt.
Jingħata ħin liberu sabiex wieħed ikun jista’ jgawdi l-atmosfera ta’ Erding, jagħmel l-aħħar shopping u jiekol xi ħaġa qabel ma nkomplu lejn l-ajruport.
Wara, coach privat iwassalna fl-ajruport internazzjonali ta’ Munich sabiex naqbdu t-titjira tal-KM Malta Airlines KM309 lejn Malta, li titlaq fit-8.00pm.
Prezzijiet:
· Persuna f’kamra ta’ tlieta €699
· Persuna f’kamra ta’ tnejn €805
· Persuna f’kamra singola €999
Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 30 persuna li jhallsu depozitu ta’ €300
Il-prezz jinkludi:
· It-titjiriet Malta-Munich-Malta
· It-taxxi u service charges tal-ajruporti
· It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda
· Is-City Tour fi Munich
· Akkomodazzjoni fil-lukanda Hotel Wallis 3* fic-centru ta’ Munich
· Breakfast buffet abbundanti kull filghodu
· Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha
· It-taxxi tas-soggjorn fi Munich
· Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar
Eskursjonijiet ta’ Gurnata:
· Freising €45
· Salzburg €60
· Nurember €60
· Regensburg €50
· Erding €45
Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €300 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.
Iktar taghrif jinkiseb fuq +356 79059704
Email: info@pmctours.com
Website: www.pmctours.com








Comments