top of page

L-Ewwel tas-Sena fil-Lombarija u l-Veneto: 29 ta' Diċembru - 3 ta' Jannar

  • 2 hours ago
  • 4 min read

Verona – Bergamo – Mantova – Padova – Milan

 

It-Tlieta 29 ta’ Diċembru – Malta – Milan – Verona

 

Il-ġitanti jiltaqgħu mat-tour leader fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta għaċ-check-in. It-titjira tal-KM Malta Airlines KM624 twassalna fl-ajruport ta’ Milan Linate fis-2.25pm. Malli naslu, coach privat iwassalna lejn Verona, fejn se tkun qed tospitana l-Hotel Italia.

 

Wara l-wasla fil-lukanda, jitqassmu l-kmamar u jingħata ftit ħin liberu sabiex wieħed ikun jista’ jistrieħ wara l-vjaġġ. Aktar tard, flimkien mat-tour leader, ikollna l-ewwel opportunità nagħtu ħarsa lejn iċ-ċentru storiku ta’ Verona u nibdew induqu l-atmosfera partikolari ta’ din il-belt sabiħa.

 

Nagħtu ħarsa lejn Piazza Bra u l-imponenti Arena di Verona, wieħed mill-aktar amfiteatri Rumani magħrufa fid-dinja, kif ukoll lejn Via Mazzini u l-inħawi taċ-ċentru storiku. Wara, jingħata ħin liberu sabiex wieħed ikun jista’ jgawdi l-belt u jiekol liberament.

 


L-Erbgħa 30 ta’ Diċembru – Bergamo

 

Wara l-breakfast, coach privat iwassalna lejn Bergamo, waħda mill-aktar bliet pittoreski tal-Lombardija, magħrufa għaż-żewġ partijiet tagħha, il-Città Alta u l-Città Bassa.

 

Flimkien mat-tour leader, nitilgħu lejn il-Città Alta, iċ-ċentru storiku tal-belt imdawwar bis-swar Venezjani. Inżuru Piazza Vecchia, il-pjazza ewlenija tal-belt antika, kif ukoll il-Basilica di Santa Maria Maggiore, waħda mill-aktar binjiet importanti ta’ Bergamo, u l-Cappella Colleoni, magħrufa għall-faċċata elaborata tagħha.

 

Inkomplu lejn il-Duomo di Bergamo u l-Campanone, it-torri ċiviku li jiddomina ċ-ċentru storiku, filwaqt li ngawdu wkoll il-karattru partikolari tat-toroq dojoq u l-binjiet storiċi tal-Città Alta.

 

Wara li jinghata hin liberu, ninzlu wkoll f’Citta’ Bassa, fejn jinghata wkoll hin liberu fid-diversi hwienet li jinsabu f’din iz-zona.

 

Aktar tard, nirritornaw lejn Verona f’ħin opportun sabiex wieħed ikun jista’ jkompli jgawdi l-lejla.

 


Il-Ħamis 31 ta’ Diċembru – Verona

 

Il-ġurnata tal-lum hija ddedikata lil Verona, waħda mill-isbaħ bliet tal-Italja u belt magħrufa mad-dinja kollha għall-istorja, l-arkitettura u r-rabta tagħha mal-istorja ta’ Romeo u Gulietta.

 

Flimkien mat-tour leader, inżuru l-aktar postijiet ta’ interess fiċ-ċentru storiku, fosthom Piazza Bra, fejn tinsab l-Arena di Verona, kif ukoll Piazza delle Erbe, waħda mill-aktar pjazez karatteristiċi tal-belt, imdawra b’palazzi storiċi u binjiet eleganti.

 

Inkomplu lejn Piazza dei Signori, il-Cortile del Mercato Vecchio u l-Arche Scaligere, il-monumenti funerarji elaborati tal-familja Della Scala. Nagħtu wkoll ħarsa lejn il-Casa di Giulietta, marbuta mat-tradizzjoni ta’ Romeo u Juliet, kif ukoll lejn il-Ponte Pietra u d-Duomo di Verona.

 

Wara ż-żjara organizzata, jingħata ħin liberu sabiex wieħed ikun jista’ jgawdi Verona, jagħmel shopping u jiekol liberament.

 

Filgħaxija, ikollna l-opportunità niċċelebraw flimkien il-wasla tas-sena l-ġdida fil-qalba ta’ Verona permezz ta’ cena flimkien (prezz mhux inkluz), f’atmosfera festiva partikolari li tkun qed toffri l-belt għall-okkażjoni, fejn aktar tard nattendu ghall-ispettaklu maghruf mal-Ewropa kollha ‘Tutti in Piazza’ fejn inkunu nistghu nilqghu l-ewwel tas-sena.

 


Il-Ġimgħa 1 ta’ Jannar – Mantova

 

Wara l-breakfast, u wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-lejl ta’ qabel, nitilqu minn Verona għall-eskursjoni tagħna f’Mantova. It-tluq mill-lukanda jkun għall-ħabta tal-10.30am.

 

Mantova hija waħda mill-aktar bliet interessanti tal-Lombardija, magħrufa għall-wirt artistiku u arkitettoniku tagħha u għar-rabta qawwija tagħha mal-familja Gonzaga.

 

Flimkien mat-tour leader, inżuru Piazza Sordello, il-qalba storika tal-belt, fejn jinsab il-maestuż Palazzo Ducale, wieħed mill-aktar kumplessi palazzjali importanti tal-Italja. Inkomplu lejn il-Castello di San Giorgio, magħruf fost l-oħrajn għall-famuża Camera degli Sposi, imżejna minn Andrea Mantegna.

 

Nagħtu wkoll ħarsa lejn il-Duomo di Mantova, Piazza delle Erbe u l-Basilica di Sant’Andrea, waħda mill-kapulavuri arkitettoniċi ta’ Leon Battista Alberti. Inkomplu lejn ir-Rotonda di San Lorenzo, waħda mill-eqdem knejjes ta’ Mantova.

 

Jingħata ħin liberu sabiex wieħed ikun jista’ jgawdi l-belt, jagħmel shopping u jiekol liberament. Aktar tard, nirritornaw lejn Verona.

 


Is-Sibt 2 ta’ Jannar – Padova

 

Wara l-breakfast, coach privat iwassalna lejn Padova, waħda mill-aktar bliet importanti tar-reġjun tal-Veneto, magħrufa għall-istorja twila tagħha, l-università antika u l-wirt artistiku u reliġjuż tagħha.

 

Flimkien mat-tour leader, inżuru Prato della Valle, waħda mill-akbar pjazez tal-Italja, imdawra b’ringiela impressjonanti ta’ statwi u kanali. Inkomplu lejn il-Basilica di Sant’Antonio, waħda mill-aktar binjiet importanti tal-belt u destinazzjoni magħrufa għall-qima ta’ Sant’Antnin ta’ Padova.

 

Inżuru wkoll Piazza delle Erbe, Piazza della Frutta u Piazza dei Signori, kif ukoll il-Palazzo della Ragione, wieħed mill-aktar binjiet storiċi importanti taċ-ċentru tal-belt. Nagħtu wkoll ħarsa lejn l-inħawi tal-Università ta’ Padova, waħda mill-eqdem universitajiet fid-dinja.

 

Wara, jingħata ħin liberu sabiex wieħed ikun jista’ jkompli jiskopri Padova, jagħmel shopping u jgawdi l-atmosfera tal-belt. Aktar tard, nirritornaw lejn Verona f’ħin opportun.

 


Il-Ħadd 3 ta’ Jannar – Milan – Malta

 

Wara l-breakfast, inħallu Verona u nitilqu lejn Milan, fejn inqattgħu l-aħħar parti tal-vjaġġ tagħna qabel it-tluq lejn Malta.

 

Malli naslu fiċ-ċentru ta’ Milan, flimkien mat-tour leader nagħtu ħarsa lejn uħud mill-aktar postijiet ta’ interess tal-belt. Inżuru Piazza del Duomo, fejn tinsab il-maestuża Duomo di Milano, waħda mill-aktar katidrali magħrufa fid-dinja, kif ukoll il-famuża Galleria Vittorio Emanuele II, waħda mill-isbaħ galleriji storiċi tal-Ewropa.

 

Inkomplu lejn Piazza della Scala u t-Teatro alla Scala, wieħed mill-aktar teatri tal-opra prestiġjużi fid-dinja.

 

Aktar tard, coach privat iwassalna lejn l-ajruport ta’ Milan Linate sabiex naqbdu t-titjira tal-KM Malta Airlines KM625 lejn Malta, li titlaq fit-3.15pm.

 

Prezzijiet:

 

·       Persuna f’kamra ta’ tlieta        €850.00

·       Persuna f’kamra ta’ tnejn        €899.00

·       Persuna f’kamra singola         €1268.00

 

Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 30 persuna li jhallsu depozitu ta’ €300 

Il-prezz jinkludi:

·      It-titjiriet Malta-Milan-Malta

·      It-taxxi u service charges tal-ajruporti

·      It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda

·      Is-City Tour f’Verona

·      Akkomodazzjoni fil-lukanda Hotel Italia 3* fic-centru ta’ Verona

·      Breakfast buffet abbundanti kull filghodu

·      Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha

·      It-taxxi tas-soggjorn f’ Verona

·      Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar 

Eskursjonijiet ta’ Gurnata:

·       Bergamo                     €55.00

·       Mantova                      €60.00

·       Padova                        €55.00

·       Milan                           €40.00

 

·       Ċena tal-aħħar tas-sena: Prezz jithabbar iktar tard

 

 

Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €300 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.

 

 

Iktar taghrif jinkiseb fuq +356 79059704

 
 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
  • Grey Facebook Icon
bottom of page