Vienna - Christmas Markets: 17-22 ta' Diċembru 2025
- George P. Cassar
- Aug 11
- 2 min read
Updated: Aug 15
Inżuru: Graz, Melk, Steyr, u Schonbrunn
L-Erbgħa 17 ta’ Diċembru – Malta – Vienna
Nitliqu minn Malta mat-titjira KM514 li titlaq fil-17.25 u twassalna Vienna fis-19.45. Coach privat iwassalna fi Vienna fejn issir is-sistemazzjoni fil-kmamar, kif ukoll flimkien mat-tour leader nohorgu ghall-ewwel toghma tal-belt li qed tospitana.
Il-Ħamis 18 ta’ Diċembru – Vienna
Il-gurnata tal-llum toffrielna gita mal-belt ta’ Vienna li qed tospitana, kapitali tal-Awstrija, maghrufa bhala l-belt tal-muzika minhabba l-ammont kbir ta’ kompozituri li twieldu u ghexu fiha, kif ukoll ghall-arkitettura u atmosfera tant sabih li toffri hi u x-xmara Danube li tghaddi minnha. It-tour leader jaghti city tour fejn juri u jispjega lil gitanti l-attrazzjonijiet principali tal-belt bhal Karlskriche, it-Teatru tal-Opra, il-Palazz Hofburg, il-binja amministrattiva maghrufa bhala ‘Rathaus’, il-Kattidral ta’ San Stiefnu, u l-pjazza li fuqha hu mibni. Postijiet li ma nilhqux inzuru matul din il-gurnata jitqassmu mal-granet l-ohrajn li ghandna fi Vienna
Il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru – Graz
Il-gurnata tal-llum toffrielna il-belt ta’ Graz, it-tieni l-ikbar belt fl-Awstrija wara Vienna. Graz hija belt ohra maghrufa ghal panorami u l-arkitettura. It-tour leader iwassal lil gitanti fl-attrazzjonijiet principali bhal ma huma l-kattidral, Hauptplatz, pjazza maghrufa ghall-binjiet storici bhal ma huma l-binja municipali u ohrajn kif ukoll ghall-fatt li tospita l-Christmas Markets principali, kif ukoll Herrengasse, wahda mit-toroq principali storici, li hija wkoll maghrufa ghall-hwienet taghha u ristoranti.
Is-Sibt 20 ta’ Diċembru – Vienna - Schoenbrunn
Il-gurnata tal-llum hija wahda libera sabiex wiehed ikun jista jahtaf l-ahhar opportunita’ ghal ‘Sightseeing’ persunali, shopping, u kwalunkwe rilassament iehor.
wara nofsinhar coach privat iwassalna lejn il-palaz Schoenbrunn, palazz imperjali li huwa wiehed mill-iktar postijiet li ta’ min izurhom fi Vienna.
Il-Ħadd 21 ta’ Diċembru – Steyr
Wara l-breakfast, il-coach taghna twassalna lejn Steyr, post iehor mill-iktar pittoreski fi Vienna. Inzuru l-attrazzjonijiet principali bhal Stadtplatz, u l-binjiet rococo li jaghnu d-dehra taghha. Nghaddu minn Blumauerhaus, kif ukoll nitilghu sal-kastell ikoniku ta’ din il-belt. Jinghata hin liberu sabiex wiehed ikun jista jgawdi din il-belt tant affaxxinanti.
It-Tnejn 22 ta’ Diċembru – Melk – Malta
Matul din l-ahhar eskursjoni taghna, il-coach taghna twassalna lejn Melk, belt ohra mibnija max-xmara Danube li hija maghrufha l-iktar ghal wiehed mill-isbah monasteri Benedittini fl-Ewropa, mibni fuq stil barokk u moghni b’affreski mill-isbah flimkien ma veduti unici tal-pajsagg Awstrijakk.
Waranofsinhar, coach privat iwassalna lejn l-ajruport fejn naqbdu t-titjira KM Malta Airlines KM515 li titlaq lejn pajjizna fit-20.35 u tasal pajjizna fil-22.55.
Prezzijiet:
Persuna f’kamra ta’ tlieta €680.00
Persuna f’kamra ta’ tnejn €710.00
Persuna f’kamra singola €951.00
Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 25 persuna li jhallsu depozitu ta’ €300
Il-prezz jinkludi:
It-titjiriet Malta-Vienna-Malta
It-taxxi u service charges tal-ajruporti
It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda
Is-City Tour fi Vienna
Akkomodazzjoni fil-lukanda Hotel Post 3* fic-centru ta’ Vienna
Breakfast buffet kull filghodu
Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha
It-taxxi tas-soggjorn fi Vienna
L-Insolvency Fund
Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar
Eskursjonijiet ta’ Gurnata:
Graz €50
Schoenbrunn (nofstanhar) €20 (biljett ta’ €40 mhux inkluz)
Steyr €40
Melk €40 (biljett ta’ €15 mhux inkluz)
Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €300 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.
Iktar taghrif jinkiseb fuq +356 79059704
Email: info@pmctours.com
Website: www.pmctours.com















































Comments