top of page

Napli: 9-14 ta’ Diċembru 2025

  • Writer: George P. Cassar
    George P. Cassar
  • Aug 14
  • 3 min read

Inżuru: Ruma, Montecassino, Pompeii, Caserta, u Sorrento

 

It-Tlieta 9 ta’ Diċembru: Malta – Montecassino – Napli

Nitilqu minn Malta mat-titjira KM Malta Airlines KM612 li titlaq fis-6.10am u tasal Ruma fit-7.45am.

 

Coach privat iwassalna lejn l-ewwel destinazzjoni taghna, Montecassino, monasteru li joffri attrazzjonijiet impressjonanti, fosthom il-Bażilika grandjuża b’kapolavuri artistiċi, il-kjostri serenissimi, il-mużew moghni b’arti u manuskritti rari, u l-kripta ddedikata lil San Benedittu. Minn hemmhekk wieħed igawdi wkoll veduti panoramiċi spettakolari tal-muntanji u l-widien ta’ madwarha.

 

Minn hemmhekk, naqbdu triqtna lejn Napli fejn issir is-sistemazzjoni fil-lukanda fic-centru ta’ Napli. Filghaxija, flimkien mat-tour leader niehdu l-ewwel impressjoni tal-belt li qed tospitana.

 


L-Erbgħa 10 ta’ Diċembru: Pompeii – Caserta

Il-gurnata tal-llum toffrielna zewg destinazzjonijiet spettakolari, Pompeii, u Caserta. Pompeii – Belt arkeoloġika unika li ġiet ippreservata taħt l-irmied tal-vulkan Vesuvju mill-eruzzjoni tal-79 W.K. ingawdu t-toroq oriġinali, inzuru d-djar Rumani b’ħitan imżejna b’affreski, jaraw il-fora, it-teatri, il-banjijiet u l-ħwienet tal-epoka. Atmosfera mill-iktar awtentika tal-ħajja ta’ aktar minn elfejn sena ilu.

 

Wara, nibqghu sejrin lejn Caserta, magħruf bħala wiehed mill-isbah palazzi rjali fuq stil barokk bi swali eleganti, irham u pitturi mill-ifejn, gonna vasti b’funtani monumentali, kaskati u xenarju maestuż li jagħmlu din l-esperjenza aktar memorabbli.

 


Il-Ħamis 11 ta’ Diċembru: Napli

Il-gurnata tal-llum se tkun kompletament iddedikata lill-belt li qed tospitana, Napli. Nibdew billi nzuru l-kattidral ta’ San Gennaro li jinsab magenb il-lukanda taghna. Wara, ftit passi l-boghod, nibqghu sejrin lejn Via dei Tribunali u Via San Gregorio Armeno maghrufa bhala t-triq tal-presepji, minhabba l-ammont ta’ hwienet li jbieghu pasturi u presepji fuq stil tradizzjonali Naplitan. Wara li jinghata hin liberu, nibqghu sejrin lejn il-kappella Sansevero, fejn tinsab il-famuza statwa monumentali tal-irham ‘Cristo Velato’. Minn hemmhekk, nimxu lejn iz-zona maghrufa bhala Spacca Napoli billi nghaddu minn Poazza San Domenico Maggiore u l-knisja Gesu’ Nuovo. Nghaddu minn Via Toledo, maghrufa ghal ammont enormi ta’ hwienet li jinstabu fiha. Nibqghu miexjin lejn Galleria Umbero I, u mmorru lejn il-famuz teatru tal-opra San Carlo, fejn tinsab anke l-famuza kafetterija storika Gambrinus.

 

Jinghata hin liberu f’punti strategici. Attrazzjonijiet li ma nilhqux inzuru f’din il=-gurnata isiru is-Sibt 13 ta’ Dicembru.

 


Il-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru: Sorrento

L-eskursjoni tal-llum tehodna f’belt ohra ferm pittoreska fuq il-kosta Naplitana, li toffri veduti spettakolari tal-Bajja ta’ Napli u tal-Vesuvju fost palazzi, hwienet, u knejjes.

 

Inzuru l-postijiet ewlenin fosthom Piazza Tasso, Corso Italia, Via San Cesareo fejn jinsab anke l-palazz Sedile Dominova, Chiostro San Francesco, Villa Comunale, Marina Piccola, u l-knisja ta’ Sant’Antnin. Bhal dejjem, jinghata hin liberu ghal shopping, sightseeing personali, u kwalunkwe rilassament iehor.

 


Is-Sibt 13 ta’ Diċembru: Napli

Illum ikollna gurnata ohra kompletament iddedikata ghal Napli. Il-gitanti jkunu liberi ghal hin ta’ shopping u sightseeing personali flimkien ma kwalunkwe rilassament iehor, filwaqt li titgawda l-atmosfera unika li Napli toffri fi zmien il-Milied.

 

Attrazzjonijiet li jista jkun ma nkunux ilhaqna zorna fil-11 ta’ Dicembru, jkunu jistghu isiru matul din il-gurnata.

 

Il-Ħadd 14 ta’ Diċembru: Ruma – Malta

 

L-ahhar gurnata ta’ din il-gita tehodna fil-kapitali Taljana, Ruma, belt ohra li zgur m’ghandhiex bzonn ta’ ntroduzzjoni. Inzuru Piazza Venezia u l-monument famuz li jinsab fiha il-Vittoriano, Piazza del Campidoglio, Piazza Navona, il-Fontana di Trevi, kif ukoll Piazza San Pietro ddominata mill-Bazilika ddedikata lill-istess qaddis, Castel Sant’Angelo, u Ponte Sant’ Angelo. Jinghata hin liberu ghal sightseeing persunali u shopping. Minn hemm, nitilqu lejn l-ajruport fejn naqbdu t-titjira KM Malta Airlines KM615 li titlaq fil-23.25 u tasal Malta fis-0.55am.


Prezzijiet:

 

  • Persuna f’kamra ta’ tlieta                     €550.00

  • Persuna f’kamra ta’ tnejn                     €599.00

  • Persuna f’kamra singola                       €680.00

 

Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 25 persuna li jhallsu depozitu ta’ €300

Il-prezz jinkludi:


  • It-titjiriet KM Malta Airlines Malta-Ruma-Malta

  • Bagalja 20kg u hand luggage ghal kull persuna

  • It-taxxi u service charges tal-ajruporti

  • It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda

  • Is-City Tours f’Napli

  • Akkomodazzjoni fil-lukanda Hotel Caravaggio 3* fic-centru ta’ Napli

  • Breakfast kull filghodu

  • Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha

  • It-taxxi tas-soggjorn f’Napli

  • L-insolvency fund tal-MTA

  • Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar

Eskursjonijiet ta’ Gurnata:


  • Montecassino €50.00 (Biljett ta’ €10.00 mhux ikluz)

  • Pompeii u Caserta €60.00 (Biljetti ta’ €20.00 f'kull post mhux ikluzi)

  • Sorrento €50.00

  • Ruma €60.00

Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €300 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.

 

Iktar taghrif jinkiseb fuq 79059704

 

 

 

 
 
 

Comments


  • Grey Facebook Icon
bottom of page