top of page

Lago di Garda - 16-21 t'Awwissu 2024

Inżuru: Desenzano – Sirmione – Peschiera – Bardolino – Verona – Limone – Malcesine – Brescia – Iseo – Milan

 

Il-Ġimgħa 16 t’ Awwissu: Malta - Desenzano

 

Naslu fl-ajruport Linate ta’ Milan bit-titjira KM Malta Airlines (ex AirMalta) KM624 fis-1245. Coach privat iwassalna fil-hotel Bonotto 4* fic-centru ta’ Desenzano. Wara li ssir is-sistemazzjoni fil-kmamar, jinghata hin ta’ mistrieh. Wara, flimkien mat-tour leader nambjentaw irwiehna mal-belt li se tkun qed tospitana matul dan il-vaganza, fejn inzuru l-port antik ta’ Desenzano, is-sit tal-iskavi Rumani, il-kastell ta’ Desenzano, u d-Duomo ddedikat lil Santa Maria Maddalena.

 


Is-Sibt 17 t’Awwissu: Sirmione – Peschiera – Bardolino

 

Il-gurnata tal-llum tehodna fi tlieta mill-iktar postijiet pittoreski madwar il-Lago di Garda. Nibdew bil-penisola ta’ Sirmione, fejn inzuru l-attrazzjonijiet principali fosthom il-kastell Scaligero, San Pietro in Mavino, l-iskavi Rumani, filwaqt li nduru mat-toroq pittoreski li jaghnu din il-belt. Jinghata hin liberu.

 

Wara, nibqghu sejrin lejn Peschiera, belt imdawwra bil-fortifikazzjonijiet maghrufha ghall-pontijiet u l-kanali taghha. Inzuru l-fortizza Rumana, Porta Brescia, u Porta Verona. Jinghata hin liberu.

 

L-ahhar destinazzjoni ghall-gurnata tal-llum hija Bardolino. Hawnhekk ikollna cans ingawdu veduti unici tal-lago di Garda ahna u miexjin mal-lungo lago, filwaqt li nzuru l-knejjes principali ta’ San Zeno u San Severo. Jinghata wkoll hin liberu.

 


Il-Ħadd 18 t’Awwissu: Verona

 

L-eskursjoni tal-llum tehodna fil-belt romantika ta’ Verona, meqjusa bhala ‘Ruma zghira’ minhabba l-ghadd gmielu ta’ attrazzjonijiet li toffri. Inzuru l-attrazzjonijiet principali bhal ma huma Piazza dei Signori, Piazza delle Erbe, Piazza Bra fejn insibu l-famuza arena ta’ Verona, id-dar ta’ Giulietta f’Via Cappello, Castel Vecchio, u l-bazilika ta’ San Zeno. Matul il-gurnata, jinghata hin liberu ghal personal sightseeing u shopping.

 


It-Tnejn 19 t’Awwissu: Desenzano – Limone – Malcesine

 

L-eskursjonijiet tal-llum huma kemmxejn partikulari peress li ghalihom se nuzaw il-bahar. Nibdew b’Limone, rahal tipiku ta’ madwar il-Lago di Garda li baqa’ ntatt mal-medda taz-zmien, maghruf ghall-hafna ristoranti u bars tipici li jinsabu fih. Inzuru l-attrazzjonijiet principali fosthom San Benedetto Abate, u San Rocco. Wara jinghata hin liberu ghal sightseeing personali u rilassament iehor.

 

Wara, permezz ta’ dghajsa ohra, nibqghu sejrin lejn Malcesine, rahal iehor mill-iktar pittoresk madwar il-Lago di Garda, fejn inzuru l-Palazz maghruf ‘Dei Capitani’, u l-kastell Scaligero.

 

Nirritornaw f’Desenzano, fejn ikollna l-kumplament tal-gurnata libera.

 


It-Tlieta 20 t’Awwissu: Brescia – Iseo

 

Il-gurnata tal-llum tehodna f’zewgt ibliet lil’hemm mill-Lago di Garda. Nibdew bi Brescia, fejn se nzuru l-attrazzjonijiet principali fosthom Piazza del Foro li fiha tospita wkoll skavi Rumani, il-famuz kastell ta’ Brescia, Piazza Duomo, li fiha tospita iz-zewg kattidrali tal-belt, torre del Pegol, u Droletto. Bhas-soltu, jinghata hin liberu.

 

Wara, nibqghu sejrin lejn Iseo, belt madwar l-ghadira li ggib l-istess isem. Inzuru l-kastell Oldofredi, is-Santwarju ddedikat lill-‘Madonna delle Neve’, Pieve di Sant’ Andrea, u Piazza Garibaldi.



L-Erbgħa 21 t’Awwissu: Milan – Malta

 

L-ahhar eskursjoni tal-llum tehodna fil-belt metropolitana ta’ Milan, fejn flimkien mat-tour leader nammiraw uhud mill-isbah attrazzjonijiet fosthom id-Duomo tant famuz, il-Galleria Vittorio Emanuele, u l-famuz teatru tal-opra La Scala, fost l-ohrajn. Wara, nibqghu sejrin direttament lejn l-ajruport Linate fejn naqbdu t-titjira KM Malta Airlines KM625 li titlaq fit-1535, u twassallna Malta fil-1735.

 


Prezzijiet:

 

·      Persuna f’kamra ta’ tlieta                               €649

·      Persuna f’kamra ta’ tnejn                               €699

·      Persuna f’kamra singola                                 €955

 

Prezzijiet garantiti ghall-ewwel 20 persuna li jhallsu depozitu ta’ €200

 

Il-prezz jinkludi:

· It-titjiriet KM Malta Airlines Malta-Milan-Malta

· It-taxxi u service charges tal-ajruporti

· It-transfers mill-ajruport ghal-lukanda

· Akkomodazzjoni fil-lukanda Hotel Bonotto 4* fic-centru ta’ Desenzano

· Breakfast buffet abbundanti kull filghodu

· Kmamar fil-lukanda mghammra bil-kumditajiet kollha

· It-taxxi tas-soggjorn f’ Desenzano

· Is-servizz tat-tour leader t’esperjenza George P. Cassar

 

Eskursjonijiet ta’ Gurnata:

·      Sirmione, Peschiera, u Bardolino                  €40

·      Verona                                                           €40

·      Brescia u Iseo                                                 €40

·      Limone u Malcesine (bid-dghajsa)                 €30

·      Milan                                                               €35

 


Bookings isiru online fuq www.pmctours.com, b’depozitu ta’ €200 fi flus kontanti, cheque pagabbli lil PMC Tours, bank transfer, jew Revolut.

 

 

Iktar taghrif jinkiseb fuq +356 79059704

 

 

 

bottom of page