Featured Review

CATANIA - Festa Sant' Agata - 3-7 ta' Frar

November 6, 2019

Ġita fi Sqallija - CATANIA

Inżuru: PALERMO - RAGUSA - MODICA - CEFALU'

3 - 7 TA' FRAR, 2020

 

 Programm Dettalljat:

 

lt-Tnejn 3 ta' Frar : Palermo-Catania

 

ll-ġitanti Maltin huma mitlubin jiltaqgħu mat-Tour Leader fl-Airport mal-4.30 a.m. biex jagħmlu c-check-in. Dawk Għawdxin jaqsmu lejn Malta bi transport privat extra mat-trip tat-3.30 a.m. Kif ninzlu fl-Airport ta'Catania u ngħabbu l-bagalji fil-coach, nitilqu lejn ii-belt kapitali ta' Sqallija: Palermo. Fil-bidu tal-vjaġġ issir waqfa biex min irid jiehu breakfast. Kif nidhlu f'Palermo jsir city tour bil-coach biex inzuru l-attrazjonijiet prinċipali. Qabel ma nidhlu fil-Katidral niefqu nammiraw il-faccata tat-Teatro Massimo li hu fost l-ikbar fl-Ewropa, il-Palazzo dei Normanni u l-knisja tad-Dumnikani.

Wara jinghata ħin liberu ghal iktar site seeing u shopping fil-belt. Nirritornaw Catania tard wara nofsinhar biex ningħataw il-kmamar fil-Hotel centrali NH Catania Centro li hi klassifikata 4*. Wara nkunu liberi biex min irid jinzel mat-Tour Leader sa Piazza Elefante biex igawdi l-programm vokali-strumentali u jiccena f'xi wiehed mir-ristoranti vicin il-Hotel ġewwa Corso Umberto jew Via Etnea.

 

lt-Tlieta 4 ta' Frar : Catania

 

Wara l-ewwel breakfast buffet fil-hotel it-Tour Leader iwassal lil ġitanti sal-monti kbir ta' dil-belt, kif ukoll sa Via Etnea Ii hi t-triq principali mimlija kull tip ta' ħwienet. Matul dal-jum liberu f'Catania, wieħed jista jzur  l-attrazjonijiet turistici ta' dil-belt fosthom Piazza Elefante, il-Katidral fejn hi meqjuma Sant Agata, Piazza Stesicoro ddominata mill-monument ta' Vincenzo Bellini, kif ukoll igawdi l-korteo kbir Ii jsir bil-'fercolo' li fuqu tinġarr Sant'Agata. Nissuġġerixxu wkoll li wiehed jidhol jammira l-gnien pubbliku mgħammed bl-isem ta' Villa Bellini . Żgur Ii l-gitanti japprofittaw rwiehhom mix-shopping li toffri dil-belt matul dil-gurnata libera f'Catania.

 

L-Erbgħa 5 ta' Frar : Catania

 

Illum Catania tiffesteġġja bil-kbir il-patruna tagħha: Sant'Agata. Ghaldaqstant, wara l-breakfast il-ġitanti jkollhom it-tieni jum liberu f'dil-belt. Dalgħodu, wieħed jista' jgawdi l-funzjonijiet fil-Katidral u jagħmel xi shopping. Filgħaxija mal-5.00p.m. naslu sa Via Etnea biex ingawdu kemm il-hruġ tal-purcissjoni; li fil-bidu taghha tinghata kaxxa nfernali; kif ukoll il-purcissjoni singulari li fiha jieħdu sehem mijiet ta' fratelli, ħafna minnhom mgħobbijin xemgħat kbar mixghula fuq spallejhom. Dil-purcissjoni partikulari ddum itterraq fit-toroq ta' Catania matul il-lejl kollu u tidhol fil-knisja l-ghada filgħodu.

 

 

 

Il-Hamis 6 ta' Frar : Ragusa - Modica

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dalgħodu wara l-breakfast tinzamm it-tieni excursion tagħna li matulha nzuru zewg bliet turistici. L-ewwel zjara tagħna tkun fil- belt ta' Ragusa. Dil-belt hi l-iktar magħrufa għal palazzi eleganti lkoll mibnija bi stil barokk. Hi maqsuma f'zewg partijiet. Il-parti l-qadima hi ddominata mill-katidral ta' San Gorg, waqt li dik t'isfel hija ddominata minn katidral iehor dedikat lil San Gwann Battista. Ma jonqosx Ii hawn jingħata ħin liberu għal iktar site seeing u shopping. Wara nofsinhar imbagħad nitilqu lejn il-belt ta' Modica. Din hija belt oħra mzejna b'ħafna bini sabiħ billi bħal Ragusa kienet iggarfet bit-terremot tal-1693 u nbniet mill-gdid b'ħafna palazzi u knejjes stil barokk. Hawn ukoll jingħata ħin liberu għal xi shopping u personal site seeing. Ħafna zgur jixtru xi cikkulata specjali, li Modica hi famuza għalihom. Nirritornaw f'Catana f'ħin tajjeb li wieħed jista joħrog jiccena.

 

Il-Gimgħa 7 ta' Frar : Cefalu'- Patti - Porte di Catania

 

Dalgħodu, hekk kif nieħdu l-aħħar breakfast buffet, ngħabbu l-bagalji u nibdew l-aħħar excursion tagħna li ddahhalna f'Cefalu'. Dal-post hu popolari ferm fis-sajf billi għandu spjagga mill-isbah. Hu mizgħud b'ħafna ħwienet u restoranti. Wara li ngawdu dal-lokal tabilħaqq pittoresk, inzuru z-zona ta' Patti fejn jinsab lokal ta' Agriturismo sabiex nagħmlu pranzone flimkien, billi din hi l-aħħar għodwa tal-gita tagħna. Kemm il-menu ta' dan il-pranzone kif ukoll il-prezz extra tiegħu jitgħadda iktar tard lill-gitanti li jkunu interessati. Qed ngħalqu dil-gita bħal fis-snin l-imgħoddija bi pranzu kbir billi filgħaxija ma jkollniex ħin li wieħed jiccena. Wara li tintemm din l-okkazjoni stupenda, nitilqu lejn il-periferija ta' Catania sabiex jingħata ħin liberu fl-ikbar department store ta' Sqallija bl-isem ta' Le Porte di Catana. Dal-lokal hu mizgħud b'ħafna ħwienet u kafeteriji li certament il-gitanti jagħmlu l-aħjar uzu minnhom.

ESKURSJONIJIET TA' GURNATA

 

Airport Transfer u Palermo                                                €45.00c

Ragusa u Modica                                                                   €40.00c

Cefalu; Porte di Catania u Airport Transfer                    €48.00c

PREZZIJIET:

 

Persuna f'kamra ta' 3                                                          €385.00c

Persuna f'kamra ta' 2                                                          €399.00c

Persuna f'kamra singola                                                    €529.00c

 

N.B. Dawn il-prezzijiet huma validi għall-ewwel 25 persuna li tħallas id-depozitu.

IL-PREZZ JINKLUDI:

 

• lz-zewg titjiriet tal-AirMalta

• lz-zewg transfers ta' l-airport ta' Catania

• lt-taxxi u s-service charges taz-zewg airports

• L-lnsolvency fund

• Akkomodazzjoni fuq bazi Bed & Breakfast f'Hotel 4 Star fic-centru ta' Catania

• Kmamar bit-TV, MiniBar, Air condition, Tel. u karma tal-banju

• Breakfast Buffet abbundanti kull filghodu kif indikat fil-programm

• ls-servizz tat-Tour Leader George Cassar

BOOKINGS

 

Jistghu jsiru bi hlas ta' depozitu ta'€150

Billi timtela l-formula minn fuq www.pmctours.com, u

    a) jew billi tibghatu cheque valur ta'€150 pagabbli lil PMC TOURS, fl-indirizz: 60,Triq Vajrinġa Victoria, Gozo.

       b) jew permezz ta' bank transfer fuq BOV Acc.No.12403570057

          c) jew bi hlas fl-indirizz: 60 Triq Vajrinġa Victoria.

 

lktar taġhrif jinkiseb billi ċċemplu fuq 7905 9704 jew 21551004

 

Please reload

  • Grey Facebook Icon
  • Grey Twitter Icon
  • Grey Google+ Icon